Din m'hiex biss blog miktuba minn uman—hija dwar l-importanza li nikkomunikaw tajjeb
Aħfruli talli użajt it-tip ta’ sentenza, fit-titlu, li sirna naraw kullimkien fuq l-Internet f’din l-era ta’ imbarazz iġġenerat bl-AI. Waqt li inqalleb fuq LinkedIn, nara ħafna messaġġi, wieħed wara l-ieħor, kif xogħoli, bħala software developer, ser jispiċċa għax dawn l-għodod ġodda tal-AI jistgħu jiktbu eluf ta’ linji ta’ code b’velocità straodinarja; bħallikieku dak qatt kien kejl li nużaw biex naraw jekk xi ħadd hux software developer tajjeb jew le.
Issa li l-AI infirex sew mas-soċjetà, li jinkwetani huwa li ħafna nies qed jaqtgħu qalbhom mit-tgħallim jew milli jipprovaw itejbu l-kapaċitajiet tagħhom. Kelli nies saħansitra jistaqsuni jekk tkunx deċiżjoni bil-għaqal li jidħlu fid-dinja tas-software għax wara kollox, “l-AI ser tkun kapaċi tagħmel kollox waħedha.” Agħar minn hekk, qed nara nies u negozji jitgħażżnu meta jiġu għar-raġunar jew il-komunikazzjoni. Inti stess probabbli ħassejt kif artikli tal-aħbarijiet u kontenut fuq l-Internet sar inqas uniku… bla kreatività u bla sugu.
Iddeċċidejt li nikteb dan il-blog biex ninkoraġixxik tinjora dawn id-distrazzjonijiet u tibqa’ tfittex li titgħallem dwar l-affarijiet li jagħmlu differenza. Għalkemm id-dinja mingħaliha li s-software issa problema “solvuta”, jiena anzi naħseb li ħa jkun hawn iktar bżonn ta’ nies li verament jafu l-mestjer tagħhom, minn fuq s’isfel. Large langauge model m’għandhiex informazzjoni dwar l-empatija, kunċetti astratti jew prattiċi tajbin: kull ma taf hija liema kelma statistikament tiġi wara oħra.
Imma, software development ma jinvolvix biss il-kliem li nagħżlu ngħidu: kif naqsmu l-ideat u l-opinjonijiet tagħna ma’ l-oħrajn, kif inpitru stampa tal-pjan tagħna li l-kollegi tagħna ħa jifhmu u kif nifthemu anke jekk dak li ntqal ma jkunx preċiż. Jekk trawwem fik l-abiltà li tikkomunika tajjeb man-nies li taħdem magħhom u titgħallem il-prinċipji essenzjali tas-software, xejn ma jista’ joħodlok postok.
Adottajt din il-kitba billi qlibtha mill-Ingliż. Jekk tixtieq taqra l-verżjoni bl-Ingliż agħfas hawnhekk.